Permezz ta’ stqarrija l-UPE qalet li għal darb’oħra ma kinux involuti fid-diskussjonijiet bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-awtoritajiet tas-saħħa, u l-korpi kostitwiti kollha konċernati.
L-istqarrija li kienet iffirmata mill-Kap Eżekuttiv tal-UPE, Graham Sansone, intqal li għal darb’oħra din il-union ġiet imwarrba u injorata akkost li kien hemm il-wegħdiet li dan in-nuqqas mhux se jerġa’ jsir.
Minħabba dan in-nuqqas, il-Union ma setgħatx tesprimi dak kollu li qed iħasseb lill-edukaturi u lil dawk kollha konċernati dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-qasam edukattiv.
Il-Union qalet li għadha qed tistenna lista tal-protokolli, u qalet li hu kruċjali li jkunu jafu bl-aħħar inoformazzjoni qabel ma jkunu ippubblikati fuq il-midja soċjali.
//= $special ?>