Internazzjonali

Imut wieħed mill-imħuħ wara Scooby-Doo

Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt ta’ Joe Ruby wieħed mill-imħuħ wara l-produzzjoni ta’ Scooby-Doo.

Huwa miet fl-età ta’ 87 sena u rapporti qed jindikaw li miet minħabba l-età. Ruby kien twieled f’Los Angeles fl-1933.

Is-serje ta’ Scooby-Doo, Where Are You? kienu inħolqu fl-1969. Produzzjoni suċċess li għadha popolari anki llum.

Ruby kien deskritt bħala ġentlom, li f’ħidmietu dejjem fittex li joħloq xi forma ta’ spettaklu u li jara li dawk kollha li jkunu qed isegwu l-cartoons, ikunu qed jitgħallmu iżda wkoll qed jitbissmu mhux ftit bil-praspar li kienu jagħmlu Scooby-Doo u sħabu.