Sport Sport Ieħor

It-Tour De France f’dubju wara ż-żieda qawwija ta’ każijiet tal-coronavirus

(Ritratt: EPA)

It-Tour De France li mistenni jibda nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu jinsab f’dubju li jitlesta, wara ż-żieda qawwija ta’ każijiet tal-coronavirus. Franza kellha rekord ta’ kazijiet minn wara l-lockdown, dak ta’ 6,111 f’ġurnata.

Il-kap tat-tim ta’ Ineos Grenadiers saħaq li ma jafx jekk it-tour se jitlestix sal-aħħar sa meta jaslu Pariġi. L-eks rebbieħa Chris Froome u Geraint Thomas mhumiex fit-tim ta’ Ineos. Froom sofra ksur f’għonqu s-sena l-oħra, u ma rkuprax fil-ħin biex jikkompeti fit-tour ta’ din is-sena.

L-Unjoni Internazzjonali taċ-ċiklisti ħabbret li jekk żewġ ċiklisti mill-istess tim jinstabu pożittivi f’inqas minn seba’ t’ijiem, dawn jistaw jiġu esklużi mit-tellieqa. Però, d-deċiżjoni se tkun meħuda mill-organizzaturi tat-tour.