Wara li kienu tħabbru l-każijiet ta’ Antonio Mirante u Carles Perez, issa l-klabb ta’ Roma sab lil Bruno Peres u Justin Kluivert pożittivi għall-coronavirus.
It-tim Taljan wasal biex jibda t-taħriġ ta’ qabel il-bidu tal-kampjonat, u dawn il-każijiet qed joħorġu minn testijiet li qed isiru wara li l-plejers kienu fuq vaganza.
Il-plejer Olandiż ta’ 21 sena ngħaqad ma’ Roma fl-2018 u lagħab 31 partita, filwaqt li Peres li huwa Brażiljan lagħab 16-il partita.
//= $special ?>