L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi laqgħet l-isforz kollettiv tal-Pulizija u l-awtoritajiet ambjentali, partikolarment tal-ERA, għall-azzjoni immedjata biex ġie solvut il-każ xokkanti ta’ raxx ta’ żebgħa ħamra li kkawża ħsara ambjentali f’siti ta’ importanza ekoloġika għolja.
Bħalma ttieħdet azzjoni immedjata mill-awtoritajiet, b’kollaborazzjoni mal-ambjentalisti, biex tipproteġi l-ġid komuni, l-MDA appellat għal aktar pieni ħorox u żieda ta’ riżorsi fl-infurzar sabiex tingħata l-imprem importanza lill-wirt naturali.
Dan l-aħħar eżempju juri li din il-kollaborazzjoni u kooperazzjoni twassal għal riżultati konkreti.
