Formula 1 Sport

Mercedes ikomplu jiddominaw fl-ewwel provi

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel provi tal-Grand Prix fil-Belġju, Mercedes iddominaw l-ewwel żewġ postijiet, Valtteri Bottas bl-aqwa ħin u Hamilton ftit warajh. L-ewwel erbgħa kienu mifrudin b’0.136 sekondi biss, bit-tielet post akkwistat minn Verstappen u Perez ftit warajh.

Ferrari lanqas biss għamluha mal-ewwel għaxra, b’Charles Leclerc u Sebastian Vettel fl-14 u fil-15-il post rispettivament.

F’din id-dawra ta’ Spa-Francorchamps, Bottas jeħtieġ riżultat pożittiv biex inaqqas id-distakk bejnu u bejn sieħbu Hamilton, li jinsab b’43 punt fil-vantaġġ.

Din kienet it-tmien darba konsekuttiva li Mercedes ħatfu l-ewwel u t-tieni post fil-provi, wirja ċara tad-dominju ta’ Mercedes.