Futbol Sport

Pepe Reina jingħaqad ma’ Lazio

Lazio ffirmaw il-gowlkiper Spanjol Pepe Reina mingħand AC Milan fuq bażi permanenti, wara li ttermina l-kuntratt bi ftehim mal-klabb.

Il-plejer ta’ 37 sena ngħaqad ma’ Milan fl-2018 wara tliet snin ma’ Napoli fejn lagħab 13-il logħba. Fl-aħħar staġun ma’ Milan, hu mar b’self ma’ Aston Villa għall-aħħar sitt xhur tal-kampjonat.

Ma’ Lazio, hu mistenni jkun it-tieni gowlkiper tal-iskwadra wara l-Albaniż Thomas Strakosha.

Reina mat-tim nazzjonali ta’ Spanja, hu lagħab 36 darba fejn kien ukoll parti mill-iskwadra li rebħet it-tazza tad-dinja tal-2010. L-aqwa żmien tal-karriera tiegħu kienu t-tmien snin ma’ Liverpool, fejn rebaħ il-Golden Glove għall-aktar gowlkiper li ma qalax gowls f’partiti.