Lokali

Persuna jweġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel Albaniż ta’ 57 sena residenti l-Munxar, Għawdex spfra ġrieħi gravi meta kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni.

Għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata
li hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq K Darmanin, il-Pietà.

Fuq il-post immedjatament waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija kif ukoll tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna.

Nies li tkellmu magħna qalulna li waqa’ xi ħadid fuq dan il-ħaddiem. Ġiet innotati preżenza kbira ta’ membri mil-protezzjoni ċivili… madwar għoxrin.

Ir-raġel ittieħed permezz ta’ ambulanza fl-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.