Lokali

Pressjoni fuq il-Malta Community Chest Fund kawża tal-pandemija

Skema ġdida fejn il-ħaddiema jistgħu jagħmlu donazzjoni awtomatika mill-paga tagħhom

Il-President ta’ Malta George Vella ħabbar skema ġdida li tippermetti lill-ħaddiema jagħtu sehem żgħir mis-salarju tagħhom lill-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).

Negozji li jiffirmaw għall-iskema jistgħu jagħtu lill-impjegati tagħhom l-għażla li jagħżlu donazzjoni ta’ kull xahar għall-karità li tkun qed titnaqqas b’mod awtomatiku mill-paga tagħhom.

Waqt li kien qed iħabbar din l-iskema, l-President saħaq li l-pandemija tal-COVID-19 xekklet l-abilità tal-MCCFF li tiġbor il-fondi kif kienet tagħmel matul is-snin preċedenti.

George Vella ħabbar li għalissa l-MCCFF mhux se tkun qed torganizza aktar avvenimenti pero se tkun organizzata “mini Istrina” fl-20 ta’ Settembru.

L-MCCFF jipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u professjonali lil nies b’mard kroniku serju, inkluż il-kanċer. Il-President qal li l-karità tonfoq madwar €1 miljun fix-xahar biex tgħin lill-benefiċjarji tagħha.