Internazzjonali

Stati Uniti: Adolexxenti akkużat dwar qtil waqt il-protesti f’Wisconsin

Ġuvni ta’ sbatax-il sena qed ikun akkużat bil-qtil ta’ żewġ irġiel u l-feriment ta’ raġel ieħor waqt il-protesti li qamu fil-belt ta’ Kenosha (fl-Istat ta’ Wisconsin) wara li l-pulizija kienu fetħu n-nar fuq raġel iswed li ma kienx armat.

Il-ġuvni, Kyle Rittenhouse, allegatament, spara fuq in-nies, nhar it-Tlieta, wara dimostrazzjonijiet xprunati mir-rabja għall-feriment ta’ Jacob Blake li qala’ diversi tiri f’dahru mill-pulizija waqt li kien qed ibaxxi fil-karozza tiegħu.

Rittenhouse qal lill-ġurnalisti li ‘kien dmir tiegħu’ li jipproteġi lill-bini f’Kenosha waqt id-dimostrazzjonijiet. Intant, l-adolexxenti – li jingħad li hu ‘iffissat fuq ir-rwol tal-pulizija u l-armi tan-nar’ — qed jiffaċċja sitt għaddi ta’ akkużi kriminali għall-aġir tiegħu.

Il-qtil tal-irġiel, fil-fatt, kien seħħ matul it-tielet lejla ta’ protesti dwar ‘l-attakk tal-pulizija’ fuq Jacob Blake, li jista’ ma jimxix aktar b’konsegwenza.

Il-vittmi ta’ Rittenhouse kienu żewġ irġiel ta’ 36 u 26 sena, rispettivament, b’raġel ieħor jispiċċa midrub mill-imputat. Kyle Rittenhouse, sadanittant, kien spiċċa arrestat fid-dar ta’ ommu f’Antioch, fl-Istat ta’ Illinois, f’nofs il-ġimgħa.