12.05: Ix-xhieda ta’ Camilleri tintemm hawn.
11.46: Camilleri qal li dejjem ikun lest għal ‘default’. Meta kienu waslu għall-financial close, ma stennix li jkun hemm dan id-‘default’.
11.44: L-Avukat Jason Azzopardi saqsa jekk Camilleri qatt ngħatax spjega għala baqgħu jiltaqgħu l-Ministru tal-Finanzi u tal-Eneġrija wara li dan ma kienx jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu. Camilleri wieġeb “le”.
11.41: Is-security of supply agreement ġie mwiegħed f’Settembru 2013, iżda mbagħad jirriżulta li l-banek ma aċċettawx għax ma kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Camilleri qal li kien il-Ministru tal-Enerġija li kien involut u mhux il-Ministru tal-Finanzi.
11.38: Dwar ir-rapport tal-NAO li jitkellem dwar il-proġett, Camilleri jgħid li r-rapport qal li “din ma kinitx normali li ssir”. Meta ngħta dan il-kuntratt, il-Kummisjoni Ewropea kienet għadha ma approvatx il-kuntratt tal-Electrogas.
11.29: Fl-4 ta’ Settembru l-Bank ġibet l-attenzjoni li l-Electrogas kienu qed jaqgħu lura. F’laqħat li kien ikollu mal-Electrogas kien ikun hemm preżenti waħda mid-Diretturi tal-kumpanija Catherine Halpin.
11.25: Camilleri qal li “Fl-aħħar mill-aħħar is-sahre holder tal-Enemalta huwa l-Gvern”.
11.20: Dwar dan il-proġett saru laqgħat bejnu u bejn il-Ministru Scicluna u l-eks Ministru Konrad Mizzi. Ma jiftakarx li qatt ltaqa’ ma’ Konrad Mizzi mingħajr il-preżenza ta’ Edward Scicluna.
11.15: Alfred Camilleri qal li l-agreement tat-tender qatt ma rah u qatt ma ddiskuta garanziji bankarji mal-Electrogas. L-Avukar Comodini Cachia staqsiet lix-xhud dwar meta ngħataw il-€110 miljun u Gasol telqet mill-konsorzju. Dan meta l-Gvern kellu l-garanziji għall-kumpanija. Alfred Camilleri qal li sar jaf mill-media li Gasol ħarġet mill-konsorzju. Hekk kif sar jaf dan, aġixxew mal-ewwel.
10.55: Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino staqsa jekk Keith Schembri, l-eks Chief of Staff tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, kienx preżenti għall-meeting tal-Kabinett fejn kien diskuss is-self tal-Enemalta. Camilleri qal li ma jafx għax kien hemm wisq nies preżenti. Camilleri qal li Schembri kien preżenti għal laqgħat dwar il-Baġit.
10.50: Alfred Camilleri qal li hu kien ifittex il-pariri tal-Avukat Ġenerali. Qal li meta kienet diskussa l-garanzija bankarja, il-banek involutir kellhom ħafna avukati. Huwa qal li kien jibża’ li seta’ jkun hemm xi nuqqasijiet.
10.25: Said Puliccino staqsa lix-xhud jekk kienx hemm xi ħaġa ħażina fl-eżekuzzjoni tal-proġett.
10.10: Alfred Camilleri qal li l-Enemalta għaddiet minn żminijiet ibsin għaliex kellek prezzijiet enormi bil-Gvern li kien qed jissussidja l-Enemalta fl-2012. Kienet kumpanija li kellha ċerti diffikultajiet u kien qed isir minn kollox biex tingħata l-għajnuna. Fl-2012, żewġ aġenzija tal-credit rating kienu taw grad baxx lil pajjiżna.
10.05: Camilleri qal li s’issa f’Malta ma kienx hemm proġett wieħed kbir li ma kienx hemm allegazzjonijiet fuqu u ma ntalabx li jiġi investigat. Meta Ministeru joħroġ direct orders, mhux dejjem ikunu mgħarrfin dwarhom.
10.00: Dwar il-proġett ta’ Cafe Premier, Camilleri qal li bħala Ministeru provdew il-flus huma… in-negozjati għamilhom ħaddieħor. Huwa qal li ma jafx x’inhu kitchen cabinet.
9.57: Bħala Ministeru kienu biss involuti fl-allokazzjonjiet finanzjarji tal-proġetti. Huwa qal li ħafna drabi jekk proġett isirx jew le jiġi deċiż mill-Gvern, Huwa qal li dan il-pajjiż huwa mmexxi mill-Kabinett u mhux minn persuna waħedha. Kull darba li mar quddiem Kabinett, dejjem kien kabinett sħiħ.
9.55: Il-bord tal-inkjesta jidħol fl-Awla. Jibda jixhed Alfred Camilleri. Ilu f’din il-kariga ta’ Segretarju Permanenti mill-2006.
Fi ftit minuti oħra mistenni jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda Alfred Camilleri, is-Segretarju Permanenti għall-Ministeru tal-Finanzi, hekk kif illum se tkompli l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Conmodini Cachia qed jidhru għall-familja Caruana Galizia.