Lokali

Il-Louise Michel b’130 immigrant abbord tappella għall-għajnuna

Netnews.com.mt jinsab infurmat li l-bastiment tas-salvataġġ Louise Michel li għandu abbord madwar 130 immigrant għamel kuntatt mal-Forzi Armati ta’ Malta, wara li l-ekwipaġġ tal-vapur permezz ta’ Twitter qal li ma jistax jibqa’ jbaħħar u li ħadd mhu qed jagħtihom l-għajnuna.

Fit-tweet, huma qalu li l-persuni salvati għaddew minn trawma u li għandhom bżonn jitniżżlu f’post sigur kemm jista’ jkun malajr.

Dawk abbord qed jikkritikaw lill-Ewropa li skont huma qed tinjorahom, bl-awtoritajiet qed jibqgħu ma jweġbux għat-talbiet għall-għajnuna.

Bħalissa l-bastiment jinsab wieqaf f’nofs ta’ baħar bejn Malta u Lampedusa.