Coronavirus Lokali Saħħa

Anzjana ta’ 86 sena il-11-il vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna

Anzjana ta’ 86 sena hija l-ħdax-il vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Stqarrija qasira tal-Ministeru għas-Saħħa, qalet li l-mara kienet ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-18 ta’ Awwissu u bdiet tingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei minn dak in-nhar.

Il-Ministeru ma tax aktar dettalji dwar il-mara bħal jekk kellhiex kumplikazzjonijiet mediċi oħra jew jekk kinitx rikoverata l-istpar propju minħabba l-virus.