Futbol Sport

Arsenal jirbħu l-ewwel trofew tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

F’Wembley Stadium ir-rebbieħa tal-FA Cup Arsenal għelbu liċ-champions tal-Premier League Liverpool 5-4 permezz tal-penalties wara li sad-90 minuta l-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1.
Kienu Liverpool li kellhom l-inizjattiv fil-bidu u bdew jikkontrollaw il-pusses u ħasbu li marru fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras ta’ Van Dijk, bil-gowl tiegħu jkun imħassar għall-offside.


Iżda kienu Arsenal li wara 12 –il minuta fetħu l-iskor b’gowl mill-isbaħ ta’ PIERRE- EMERICK AUBAMEYANG. Arsenal ddefendew dan l-iskor għal tul ta’ ħin fil-partita u fit-tieni taqsima l-konklużjoni ta’ Sadio Mane kienet salvata b’mod tajjeb minn Martinez.

Liverpool ġabu d-draw fis-73 minuta meta wara konfużjoni fil-kaxxa difiża minn Arsenal, kien is-sostitut TAKUMI MINAMINO li għamilhom 1-1. Il-partita ntemmet 1-1 u kellhom ikunu l-għoti tal-penalties li ddeċidew ir-riżultat. Għal Arsenal skorjaw Reiss Nelson, Ainsley Maitland- Niles, Cedric Soares, David Luiz u Pierre-Emerick Aubameyang. Min naħa tagħhom għal Liverpool skorjaw Mohammed Salah, Fabinho, Takumi Minamino u Curtis Jones filwaqt li Rhian Brewster xeħet għoli mill-lasti ta’ Martinez.