Coronavirus Lokali

COVID-19: 27 każ ġdid; 58 ifiqu

Fl-aħħar 24 siegħa, 27 persuna ġew irreġistrati pożittivi għal Coronavirus filwaqt li 58 persuna fiequ. 2,290 tests swabs saru matul l-aħħar jum.

Dan biex b’hekk 654 għadhom pożittivi għal COVID-19.

It-total ta’ każi pożittivi minn Marzu ‘l hawn huwa dak ta’ 1,952, bil-persuni li fiequ jammontaw għal 1,288.

Fl-aħħar tmien t’iiem kelna 301 każi pożittivi

Il-każi rappurtati s-Sibt għadhom qed jiġu investigati.

NET News hu l-uniku li qed jippubblika ċ-ċifri aġġornati kollha, inklużi l-każi li rriżultaw fost l-immigranti irregolari. Dan wara li ftit tal-jiem ilu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li dawn ma kinux se jibqgħu jkunu kkalkulati fost iċ-ċifri mħabbra mill-Ministeru tas-Saħħa.