Il-Gvern għadu ma tax lill-MUT id-dokument ta’ kif wieħed għandu jaġixxi fl-iskejjel fl-ambitu tal-Coronavirus. Dan minkejja li lbieraħ saret laqgħa uffiċjali mal-Ministru Owen Bonnici.
F’komunikat fuq il-media soċjali, l-MUT qalet li m’għandiex kopja tal-protokoll. “Il-prinċipji ta’ dan il-protokoll ġew spjegati lilna, iżda d-dokument mhux f’idejna”.
Il-union qed tistenna li dan il-protokoll ikun ippubblikat mill-awtoritajiet tas-saħħa.