Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: L-UE se talloka 330,000 vaċċin għal Malta

L-inizjattiva kienet waħda li bdiet mill-Kummissjoni Ewropa

L-Unjoni Ewropa qed tixpruna inizjattiva importanti sabiex, ladarba jkun hawn vaċċin disponibbli, kull pajjiż ikollu allokazzjoni ġusta – inkluż għal Malta.

Fil-fatt, grazzi għal din l-inizjattivi li kienet xprunata mill-Kummissjoni Ewropea, pajjiżna se jiġi allokat 330,000 tilqima għal kontra l-Coronavirus.

Dan ifisser li nkunu wieħed mill-ewwel pajjiżi li nipproteġu l-vulnerabbli u l-frontliners. U wara, jkun hemm aktar dożi għall-poplu kollu.