Lokali

Ebda dettalji dwar il-flus li ntilfu

Il-Ministru tat-Turizmu ma taghtix dettalji dwar kemm intilfu flus fit-turizmu u kemm kienet kbira id-daqqa tal-pandemija fuq is-settur matul ix-xhur tas-Sajf.

Il-Ministru Julia Farrugia kienet qed tirrispondi domandi ta’ Net News waqt li kienet qed izzur set ta’ film li qed jingibed bhalissa fic-Cirkewwa.

Meta mistoqsija x’responsabbilta se jerfa’ l-Ministeru taghha ghall-fatt li saret pressjoni biex il-Gvern f’Lulju fetah kollox f’daqqa…Julia Farrugia ghazlet li ma twegibx.

Minflok, hi qalet li dak li gara f’Malta sehh ukoll fil-pajjizi l-ohra Ewropej. Dan meta huwa fatt maghruf li pajjizi ohra qatt ma accettaw li jorganizzaw parties kbar, b’kuntrast mal-istrategija u l-mekkanizmi addottati mill-MTA.

Fil-bidu ta’ Lulju, il-Ministru tat-Turiżmu kienet stqarret mal-istazzjon televiżiv internazzjonali BBC li pajjiżna hu ppreparat biex jilqa’ lit-turisti, u hu l-aktar pajjiż sigur fil-Mediterran – impressjoni li holoq l-istess Gvern, u li spiccat ghamlet aktar hsara milli gid.