Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Għawdex

L-Isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Mara mill-Polonja ta’ 47 sena, qed tingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal ġrieħi serji li sofriet wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati permezz ta’ telefonata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija Għawdex minħabba li seħħ inċident tat-traffiku

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara, għal xi raġuni, intlaqtet minn vettura tat-tip Opel Astra li kienet qed tinstaq minn raġel mir-Renju Unit ta’ 77 sena residenti l-Għasri, Għawdex.

Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hemmhekk, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Simone Grech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.