Alexei Navalny, il-mexxej tal-Oppożizzjoni Russa li qed jiġi rikoverat fil-Ġermanja wara li allegatament ġie vvelenat, qaleb għall-aħjar.
Navalny, kritiku ħarex tal-President Russu Vladimir Putin, issa jinsab f’qagħda stabbli u mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Uffiċjali Russi qed jiċħdu akkużi li kien il-Kremlin li ppjana l-ivvelenar ta’ Alexei Navalny, bil-mexxej tal-Oppożizzjoni għall-ewwel jiddaħħal l-isptar fir-Russja, madankollu, wara ħafna inisistenza mill-qraba tiegħu, hu ġie trasferit lejn sptar f’Berlin fejn hu mifhum li issa jinsab f’qagħda stabbli.
Skont it-tobba Ġermaniżi Navalny kien ivvelenat b’mod sever, u minkejja li issa jinsab aħjar, għadu kmieni wisq biex ikunu stabbiliti l-effetti fit-tul li se jkollu.
Ir-raġel ta’ 44 sena qed jinżamm f’koma fil-kura intensiva tal-isptar Ġermaniż u qed jieħu n-nifs bl-għajnuna ta’ ventilator.
//= $special ?>