Lokali

Jason Micallef jattakka lil Bjorn Formosa u jsejjaħlu “vili”

Jason Micallef qal li l-attakk sfrenat fuq L-Istrina kien wieħed vili.

Hekk kif il-President ta’ Malta, George Vella ħabbar li L-Istrina se tkun qed issir fuq żewġ perjodi matul din is-sena, Bjorn Formosa appella biex id-data l-ġdida ta’ din l-inizzjattiva titmexxa hekk kif saret ġimgħa biss qabel il-ġbir ta’ fondi għall-ALS Malta.

Bjorn qal li dak kollu li għamel fl-aħħar snin qed jisfaxxa fix-xejn hekk kif The Malta Community Chestfund Foundation ħadet din id-deċiżjoni tat-tieni inizzjattiva tal-Istrina bl-isem ta’ “Għinuna Ngħinukom” mingħajr ma kkunsidrat li hemm attività oħra ta’ ġbir ta’ fondi li kienet ilha li tħabret mill-bidu tas-sena.

Ahna ser nibqghu niggieldu!

Ahna ser nibqghu niggieldu dil-battalja! Nhar Il-Hadd, 27 ta ' Settembru, nifthu DAR Bjorn il-gdida! When they go low, we go high! Please let us broadcast on TVM, an appeal to the Maltese Broadcasting Station. Dear Mr. President, please postpone your second fundraising date of Istrina 2. One Istrina in December is enough! Help us open a Newer & Bigger DAR Bjorn! Call on 51002017 – € 20 or SMS Donate 50618936 – € 6.99 www.darbjorn.com www.alsmalta.org

Gepostet von Bjorn Formosa am Samstag, 29. August 2020

Bjorn kompla jgħid li dan il-pass wassal biex se jkun qed jillimita kull ċans li jinġabru flus biżżejjed għal DAR Bjorn il-ġdida.

Minn naħa l-oħra, f’botta u risposta mingħajr ma ssemma isem Bjorn, Jason Micallef qal f’post li tefa’ fuq Facebook tiegħu li l-attakk li sar fuq L-Istrina kien wieħed vili u huwa biss attakk sfrenat kontra din l-inizzjattiva b’solidarjetà.

F’kumment li sar minn omm Bjorn innifsu, Carmen Formosa qalet li dan l-attakk li sar fuq binha mhux xieraq b’mod speċjali meta tqis ix-xogħol kollu li sar u għadu jagħmel għal persuni li qed ibatu mill-kundizzjoni tal-ALS f’pajjiżna minkejja li hu stess għaddej minn żmien tant diffiċli.

U dan fost għexieren ta’ kummenti tan-nies fejn qed jitolbu lil Jason Micallef jiskuża ruħu tal-attakki tiegħu fil-konfront ta’ Bjorn Formosa.

Fi tweġiba għad-diskors li sar minn Jason Micallef, Bjorn qal li hu qed jitlob biss possibilità biex tinsab soluzzjoni għall-ġid tal-poplu kollu.

Il-kontroversja tant kibret li l-botti baqgħu għaddejin anke l-Ħadd, bil-kandidat Laburista Jeffrey Pulicino Orlando jattakka lic-chairman tas-Super One għax għajjar individwu b’marda terminali. Dan sempliċiment għax appella għal bdil ta’ data ta’ ġbir ta’ fondi biex ma jkunx hemm żewg inizjattivi simili fl-istess żmien.