Futbol Sport

Leeds jakkwistaw lil Rodrigo mingħand Valencia

It-tim neo-promoss Leeds United akkwistaw lill-attakkant Spanjol Rodrigo mingħand Valenica għas-somma ta’ €30 miljun li hija somma rekord għall-klabb.


Rodrigo ffrima kuntratt sal-2024 mat-tim ta’ Elland Road. F’kummenti li ta lis-sit ta’ Leeds United, Rodrigo qal li jinsab eċitat għal din l-esperjenza ġdida fil-Premier League filwaqt li rrikonoxxa lill-kowċ Marco Bielsa bħala wieħed mill-aħjar kowċis fid-dinja fil-mument.


Ma’ Valencia, Rodrigo skorja 59 gowl f’220 partita u segwa lil Ferran Torres u Francis Coquelin fost l-oħrajn hekk kif il-klabb Spanjol poġġa lill-plejers kollha tat-tim għall-bejgħ. L-attakkant Spanjol lagħab ukoll 22 darba għall-pajjiżu u kien involut fl-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League.
F’dan is-suq tat-trasferimenti, Leeds diġa akkwistaw numru ta’ plejers hekk kif qed jippreparaw għar-ritorn fil-Premier League.