Formula 1 Sport

Lewis Hamilton fuq quddiem fil-Belġju

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamitlon se jibda fuq quddiem fiċ-ċirkwit ta’ Spa-Francorchamps fil-Belġu għas-sitt darba fil-karriera tiegħu. Hu rnexxielu wkoll jwaqqaf ħin rekord f’din it-trakka dak ta’ 1:41.45. Warajh temm sieħbu fit-tim Valtteri Bottas segwit mis-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen. Daniel Ricciardo ta’ Renault temm fir-raba’ pożizzjoni b’ Alexander Albon ta’ Thai Racing temm fil-ħames pożizzjoni. Esteban Ocon u Carlos Sainz temmew fis-sitt u seba’ post rispettivament. Is-sewwieqa ta’ Racing Point, Sergio Perez u Lance Stroll temmew fit-tmien u d-disa’ post. L-Ingliż Lando Norris daħal fl-għaxar pożizzjoni. Il-Grand Prix tal-Belġju jibda fit-3.10pm.

Kif se jibdew:

1 L. Hamilton, 2 V. Bottas, 3 M. Verstappen, 4 D. Ricciardo, 5 A. Albon, 6 E. Ocon, 7 C. Sainz, 8 S. Perez, 9 L. Stroll, 10 L. Norris, 11 D. Kvyat, 12 P. Gasly, 13 C. Leclerc, 14 S. Vettel, 15 G. Russell, 16 K. Raikkonen, 17 R. Grosjean, 18 A. Giovinazzi, 19 N. Latifi, 20 K. Magnussen