Lokali

Ringrazzjament tax-xogħol li għamel Monsinjur Mario Grech

Fl-Ittra Pastorali li se tkun qed tinqara fil-quddiesa kollha tal-knejjes tad-Djoċesi ta’ Għawdex fi tmiem din il-ġimgħa, se jkun qed jitfakkar uħud mix-xogħol ta’ Monsinjur Mario Grech fiż-żmien li dam Isqof.

Fost dawn kien hemm l-imħabba li wera għall-Kelma ta’ Alla wasslitu biex isaħħaħ il-katekiżmu tat-tfal u l-adolexxenti; u jmexxi ’l quddiem diversi gruppi, bħalma huma dawk tal-Lectio Divina, il-komunitajiet Neo-Katekumenali u l-komunitajiet Ewkaristiċi.

Hu ta’ spiss kont issibu ħdejn is-sodda tal-marid u ta’ min qiegħed imut. Tkellem favur il-barrani u ħeġġiġna biex ikollna qalbna kbira biex tilqa’ lil kulħadd.