L-attur Amerikan, Chadwick Boseman, magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni tiegħu fl-irwol tas-supereroj tal-Marvel, Black Panther. Huwa miet fl-età ta’ 43 sena wara battalja twila mal-marda tal-kanċer.
Huwa miet fir-residenza tiegħu f’Los Angeles mdawwar bil-qraba. Boseman kien ilu jiġġieled il-kanċer fil-musrana għal dawn l-aħħar 4 snin madanakollu qatt ma ħabbar il-battalja tiegħu pubblikament.
Inevitabbilment din l-aħbar ħasdet lil bosta, inkluż lid-dinja ta’ Hollywood b’għexieren ta’ atturi u diretturi jiddeskrivu l-aħbar bħala waħda xokkanti għall-aħħar.
Boseman interpreta bosta rwoli apparti dak ta’ King T’Challa fi Black Panther fosthom il-kantant James Brown fil-film Get on Up lura fl-2014. Madanakollu l-irwol tiegħu fil-film ta’ Marvel jibqa’ wieħed ikoniku.
Filwaqt li l-film kien għamel mal-$1.3 biljun fi profitt, il-film innifsu kien meqjus bħala leġġenda kulturali fl-industrija. Dan filwaqt li l-film kien l-ewwel wieħed fil-ġeneru tas-super eroj li ġie nominat għall-Oscars bħala Best Picture.
