Futbol Sport

X’se jkun il-futur ta’ Lionel Messi?

(Ritratt: EPA)

Il-futur ta’ Lionel Messi żgur m’huwiex ma’ Barcelona hekk kif il-medja internazzjonali qed tkompli tiżvela aktar dwar l-intriċċi li wasslu biex fil-jiem li għaddew Messi stqar li hu ma jridx ikompli jilgħab mat-tim Spanjol.
In-news portal fi Spanja, El Periodico fl-aħħar sigħat irraporta li l-President ta’ Barcelona, Josep Maria Bartomeu rrijfuta li jiltaqa’ ma’ Messi sabiex jiddiskutu t-tluq tiegħu minn mal-klabb, u qed jisħaq li hu l-klabb li jmexxi se jżommu mal-kwasola li hemm miltuba fil-kuntratt, li biex Messi jitlaq il-klabb, irid jitħallas l-ammont ta’ €700 miljun.

Jidher li Manchester City fil-Premier League Ingliż hi l-aktar destinazzjoni probabbl għal Messi, li f’Ġunju li għadda għalaq 33 sena.
Skont il-gazzetta Marca, qed jingħad li nhar it-Tlieta li għadda, Messi ċempel personalment lil Pep Guardiola, qabel ma kien qal lil Barcelona li jrid jitlaq, li jrid jirbaħ iż-żewġ unuri tal-Ballon D’Or Ii jmiss, u jista’ jagħmel dan biss miegħu, ċioé mal-kowċ Guardiola.

L’Equipe, li hu ġurnal Franċiz, qed jirraporta li missier Messi, tkellem ma’ Paris St. Germain u qallhom li ibnu jridu jissieħeb ma’ Manchester City.
Intant fl-Arġentina, il-partitarji ta’ Newell’s Old Boys, il-klabb li kien jilgħab miegħu Messi meta kien għadu tifel, inġabru f’Rosario, il-lokalitá li minnha ġej l-istilla Arġentina, sabiex jitolbuh jirritorna jilgħab magħhom, u dan wara li l-istess Messi ħabbar li ried jitlaq lil Barcelona.