IIlbieraħ filgħaxija, l-Pulizija arrestat żewġt irġiel f’ħidma li kienu qed jagħmlu kontra t-traffikar u pussess tad-droga.
L-arresti waslu wara diversi jiem t’osservazzjoni, fejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettataw vettura f’Marsaskala, li kienet qegħda tinstaq minn raġel ta’ 26 sena.
Fil-vettura, kien hemm ukoll ġuvni ta’ 17-il sena. Iż-żewġ persuni huma residenti l-Imqabba.
Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuqhom, instabu diversi pakketti b’sustanza allegatament droga cannabis u kokaina, kif ukoll oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.
Ġie stabbilit ukoll li l-vettura kienet qed tinstaq mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni.
L-irġiel ġew arrestati fil-post u ttieħdu l-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>