Raġel wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Simone Grech fil-Qorti t’Għawdex ta’ akkużi li mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu ċar, ikkaġuna offiża ta’ natura gravi fuq mara.
Ir-raġel, Rumen ta’ 29 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex tressaq il-Qorti b’arrest fejn l-akkużi miġjuba kontrih jirreferu għal dak li seħħ fid-29 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu ġewwa residenza fi Triq is-Sajjied, iż-Żebbuġ, Għawdex. Minkejja li wieġeb mhux ħati, hu xorta ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u qed jiżamm fil-faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>

