Lokali Qorti

Akkużat li seraq ikel u biljetti tal-lottu

Raġel ta’ 44 sena ttella’ l-Qorti akkużat li seraq ikel minn ħanut f’Ħal Tarxien, biljetti tal-lottu minn banka fl-istess lokalità u affarijiet tal-ikel minn ħanut ieħor f’Ħal Qormi, liema każijiet seħħew kollha bejn id-19 u 29 t’Awwissu.

Ir-raġel, Ibrahim Tonsi li hu Libjan, baqa’ miżmum arrestat wara li kkontesta l-akkużi miġjuba kontrih.

Hu kien akkużat ukoll li għex ħajja ta’ għażż u vagabuntaġġ, li wettaq reat fi żmien ta’ sentenza sospiża u li hu riċediv.