Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-COVID-19. Sfortunatament, dan kien it-tieni vittma tal-COVID-19 f’temp ta’ 24 siegħa hekk kif il-bieraħ tilfet ħajjitha anzjana ta’ 86 sena.
Il-vittma tal-illum ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Awwissu wara li ddaħħal l-isptar fit-23 ta’ Awwissu. Kif inhi proċedura għal kull admission fl-isptar, ir-raġel ġie sottopost għal swab test fejn instab li kien pożittiv. Wara beda jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.
Jidher li r-raġel kellu problemi ta’ saħħa ulterjuri.