Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet u ġiet fuq raġel

Ir-raġel prova jassistiha waqt li kienet qiegħda rock climbing.

Mara ta’ 37 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet waqt li kienet qiegħda rock climbing mal-irdum u ġiet fuq raġel ta’ 30 sena li dak il-ħin prova jassistiha.

Il-każ seħħ f’Wied ta’ Imġarr ix-Xini, Għawdex għall-ħabta tan-nofsiegħa tal-Ħadd fejn minnufih fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittmi.

Iż-żewġ persuni ttieħdu permezz ta’ ambulanza fl-Isptar Ġenerali ta’
Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.