Lewis Hamilton ta’ Mercedes iddomina l-Grand Prix tal-Belġu wara li beda mill-Pole Position biex b’hekk kiseb ir-raba’ rebħa tiegħu fiċ-ċirkwit ta’ Spa -Francorchamps.
Flimkien ma’ Hamilton fuq il-podju temm sieħbu fit-tim Valtteri Bottas segwit mis-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen. Is-sewwieqa ta’ Renault, Daniel Ricciardo u Esteban Ocon temmew fir-raba’ u l-ħames pozizzjoni rispettivament.
Fis-sitt post temm Alexander Albon wara li għal tul ta’ ħin kien fil-ħames post segwit mis-sewwieq ta’ Mc Laren Lando Norris. Pierr Gasly temm fid-tmien pożizzjoni filwaqt li s-sewwieqa ta’ Racing Point, Lance Stroll u Sergio Perez temmew fid-disa’ u l-għaxar pożizzjoni.7
Is-sewwieqa ta’ Ferrari komplew bl-istaġun negattiv tagħhom wara li temmew fit-13 u l-14 -il post rispettivament filwaqt li Carlos Sainz ma bediex din it-tellieqa wara li kellu ħsara fil-magna.
Formula 1
Kif temmew: 1 L. Hamilton 1:24:08.761, 2 V. Bottas +8.448, 3 M. Verstappen +15.455, 4 D. Ricciardo +18.877, 5 E. Ocon +40.650, 6 A. Albon +42.712, 7 L. Norris +43.774, 8 P. Gasly +47.371, 9 L. Stroll +52.603, 10 S. Perez +53.179, 11 D. Kvyat +1:10.200, 12 K. Raikkonen +1:11.504, 13 S. Vettel +1:12.894, 14 C. Leclerc +1:14.920, 15 R. Grosjean +1:16.793, 16 N. Latifi 1:17.795, 17 K. Magnussen 1:25.540 Ma temmewx: G. Russell, A. Giovinazzi, C. Sainz
//= $special ?>