Lokali Qorti

Ipprova jaħrab minn Malta b’dokumenti foloz

Żagħżugħ ta’ 22 sena pprova jaħrab minn Malta lejn Katanja permezz ta’ dokumenti foloz.

Iż-żagħżugħ, Ali Easa Harth li hu minn Niġerja wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u intbagħat seba’ xhur ħabs. Il-każ seħħ is-Sibt wara nofsinhar hekk kif inqabad u ġie arrestat mill-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Il-prosekuzzjoni kienet immexija mill-Ispettur Lara Butters waqt li l-Avukat tal-għajnuna legali Francina Abela dehret għar-raġel.