Matul il-Jum tas-Sibt, persuna/i mhux magħrufa vvandalizzaw il-ġnien rikreattiv f’Ħal Lija.
Net News tkellem mas-Sindku tal-istess raħal Anthony Dalli li spjegalna kif għall-ħabta tas-13.00 u l-16.00 tas-Sibt, xi persuni tefgħu żebgħa fl-istess ġnien.
Huwa stqarr magħna li jinsab ddispjaċut li għad hawn minn jagħmel dawn l-affarijiet aktar u aktar wara li dan il-ġnien sarulu xogħolijiet ta’ manutenzjoni aktar kmieni dan is-Sajf.
Kull min għandu informazzjoni li tista’ tkun ta’ għajnuna sabiex jinqabdu dawn il-persuni li għamlu l-ħsara, jista’ jgħaddiha lis-Sindku Anthony Dalli jew inkella jċempel lill-Kunsill ta’ Ħal Lija fuq 21416111
//= $special ?>