Lokali Qorti

Jammetti li hedded lil omm ibnu

Raġel ammetta li għajjar u hedded lil omm ibnu wara li ġie rrifjutat li binhom iqatta’ xi ħin mal-ġenituri tal-missier.

Il-Prosekuzzjoni kontra l-akkużat, Rion Azzopardi ta’ 33 sena mill-Birgu, qalet li l-koppja kemm-il darba kien ikollhom ġlied bejniethom, speċjalment wara li t-tnejn li huma ma baqgħux flimkien. Minkejja dan, ix-xhieda qalet li hu qatt ma uża vjolenza fiżika fil-konfront tal-omm jew tal-iben.

Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti mmexxiha mill-Maġistrat Doreen Clarke kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u ordnat ukoll multa ta’ €500 u ordni ta’ trażżin għal sena waqt li saħqet biex iżomm ‘il bogħod mill-eks tfajla tiegħu.