Omm ta’ 47 sena ġiet illiberata wara li ma nstabitx ħatja li rrifjutat lill-missier aċċess għall-wild.
Għall-bidu l-omm, li isimha ma jistax jixxandar, nstabet ħatja u ntbatgħet ġimgħa ħabs iżda wara li appellat minn sentenza tal-Qorti tal-Maġistrat, instab li l-omm mhix ħatja. Dan hekk kif meta seħħ il-każ lura f’Ġunju tal-2016 it-talba għall-aċċess tal-wild ma saritx taħt superviżjoni tal-Aġenzija Appoġġ. Skont id-digriet li ngħata mill-Qorti tal-Familja, il-missier seta’ jara biss lill-wild darba fil-ġimgħa għal siegħa u f’ħin li tistabilixxi l-Aġenzija Appoġġ.
Il-Qorti kkonkludiet li biex l-omm tkun kisret il-liġi, l-ewwel ried jintlaħaq qbil dwar data u ħin b’approvazzjoni tal-Appoġġ. B’hekk, hi ġiet illiberata minn kull akkużi miġjuba kontriha.
//= $special ?>

