Lokali

Pressjoni tal-PN twassal biex jinxtegħlu diversi toroq fil-Floriana

Fl-aħħar jiem pressjoni pubblika mill-Kunsilliera tal-PN fil-Floriana wasslet biex toroq li kienu ilhom bla dawl għall-aħħar ħames ġimgħat f’Balzunetta fil-Floriana reġgħu ġew għan-normal.

F’post fuq Facebook il-Minority Leader tal-Floriana rringazzja lill-ħaddiema kollha involuti biex dan ix-xogħol sar. Fir-reazzjoni tiegħu huwa iżda staqsa; “Kelli nikteb fil-pubbliku biex is-sitwazzjoni titranġa? Kellu l-messaġġ ikun imxerred fil-midja u fuq is-siti?”

Huwa għalaq billi rringrazzja lil dawk kollha li fl-aħħar jiem taw l-appoġġ il-messaġġ tiegħu.

https://www.facebook.com/jamesaaronellul/posts/3808283052535173

F’kummenti fuq Facebook il-Kunsilliera Justine Palmier uriet l-istess sentiment filwaqt li qalet li tul dan iż-żmien kollu l-Kunsilliera tal-PN tkellmu u għamlu ħilthom kollha biex sa fl-aħħar il-messaġġ wasal u saru t-tiswijiet neċċessarji.

Fl-aħħar jiem Net News irraporta s-sitwazzjoni wara li kelmuna wkoll numru ta’ residenti Furjaniżi dwar is-sitwazzjoni preżenti.