Edukazzjoni Lokali Saħħa

Robert Abela jagħżel li ma jgħid xejn dwar il-ftuħ tal-iskejjel

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Hekk kif inqas minn xahar ieħor mistenni jerġgħu jiftħu l-iskejjel, il-Prim Ministru Robert Abela ma ta ebda serħan il-moħħ lill-istudenti, il-ġenituri u l-għalliema dwar x’miżuri se jkun qed jittieħdu.

Dan hekk kif bħalissa ħafna ġenituri jinsabu inkwetati ferm dwar kemm it-tfal tagħhom se jkunu siguri minħabba l-Covid… hekk kif jerġgħu jirritoraw fuq il-bankijiet tal-iskola.

Waqt intervista fuq ir-radju, Robert Abela tkellem dwar l-vaċċin tal-COVID-19 fejn prova jagħti x’jifhem li d-dożi se jaslu pajjiżna bis-saħħa tiegħu. Dan mingħajr ma rrikonxxa l-fatt li Malta se tkun qed tiġi allokata 330,000 doża grazzi għall-Unjoni Ewropea. L-Unjoni Ewropa qed tixpruna din l-inizjattiva importanti sabiex, ladarba jkun hawn vaċċin disponibbli, kull pajjiż ikollu allokazzjoni ġusta – inkluż għal Malta.

Robert Abela reġa’ ftaħar bil-miżuri f’waqthom li ħa f’dawn l-aħħar ġimgħat meta kien hu stess li ammetta li minkejja il miżuri li ħa, kellna żieda fil-każijiet pożittivi. Ammetta li kieku pajjiżna ħa miżuri iktar drastiċi, kieku l-każijiet pożittivi ma kinux jispolodu.

Abela ftaħar li kif mexa waqt din il-pandemija, u qal li pajjiżna spiċċa l-aħjar fid-dinja. izda ma semmiex li Malta spiċċat mal-aktar għaxar pajjiżi bl akbar rati ta’ każi pożittivi per capita.

Abela reġa’ nfexx jattakka lill-Oppożizzjoni. Iżda ma semmiex li kien il-Partit Nazzjonalsita li ħareġ bil-proposta tal-vouchers… tar-roħs fil-kontijiet tad dawl…. u numru kbir ta’ proposti oħrajn.