Lampedusa ma tistax tibqa’ tkampa bis-sitwazzjoni preżenti tal-immigranti, b’appelli kontinwa biex il-Gvern jieħu d-deċizzjonijiet minnufih u jagħti l-għajnuna. Dan l-appell qed isir wara li fl-aħħar sigħat b’kollox daħlu mad-950 immigrant.
Rapporti Taljani qalu li fl-aħħar ħin mal-500 immigrant daħlu fuq din il-gżira, bis-Sindku ta’ Lampedusa jsostni li l-Gvern Taljan qed jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni preżenti, u mhux jisma’ mill-awtoritajiet ta’ Lampedusa.
L-aħħar 500 immigrant iddaħħlu fuq tliet laneċ, filwaqt li fl-aħħar sigħat iddaħħlu wkoll numru ta’ gruppi oħra li jammontaw għal 450 immigrant oħra.
//= $special ?>