Lokali

“Adrian Delia u Bernard Grech huma idonji għat-tmexxija tal-PN” – Colin Bowman

Il-Kummissjoni Kandidati tal-PN ikkonkludiet li kemm Adrian Delia u anke Bernard Grech huma idonji biex imexxu l-PN. Dan ikkonfermah iċ-chairperson tal-istess Kummissjoni, Colin Bowman, waqt intervent fil-programm ‘Magħkom’ fuq Net TV.

Bowman spjega li ż-żewġ kandidati-prospettivi diġa’ kellhom laqgħa ġimgħa ilu mal-Kummissjoni. Fl-istess waqt għaddeja wkoll il-ħidma mill-esperti li qabbdet l-istess Kummissjoni Kandidati biex isir id-due diligence.

Waqt l-istess programm immexxi mill-avukat Roberta Bonello, Colin Bowman ikkonferma li dan il-proċess se jkun konkluż fi żmien il-perjodu ta’ 6 ġimgħat kif stipulat mill-Istatut tal-Partit Nazzjonalista.