Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Anzjan ta’ 60 sena residenti Bormla qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal axi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u tkaxkar matul Triq Birżebbuġa f’Birżebbuġa għall-ħabta tas-6.45 ta’ dalgħodu.

Minnufih fuq il-post wasal tim mediku u ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.