Coronavirus Lokali

COVID-19: 53 każ ġdid, ifiqu 87

Fl-aħħar 24 siegħa, pajjiżna rreġistra 53 każ ġdid ta’ Covid-19 – bi 32 każ minnhom ikunu immigranti.

Filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu nvestigati, mill-każi tal-bieraħ, 2 persuni huma familjari ta’ każijiet pożittivi, 2 persuni kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, 4 ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol u 4 każi ttieħdu waqt attivitajiet soċjali. Il bqija tal-każi, li jammontaw għal 3, huma kollha sporadiċi hekk kif ma ngħata ebda informazzjoni dwar minn fejn ħadu dan il-virus.

L-ammont ta’ każijiet totali mis-7 ta’ Marzu ’l hawn huwa ta’ 2,020. It-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 564, filwaqt li dawk li fiequ mill-coronavirus jammontaw għal 1,444.