Aktar kmieni waranofsinhar ittellgħu l-poloz tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. Iċ-champions lokali Floriana se jilgħabu fl-Irlanda ta’ Fuq kontra t-tim ta’ Linfield filwaqt li Hibernians se jospitaw lil Fehérvár, bl-partiti jintlagħbu fis-17 ta’ Settembru li ġej.
Floriana jinsabu f’din il-fażi wara li ġew eliminati mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League meta f’pajjiżna tilfu 2-0 kontra CFR Cluj tar-Rumanija. Hibernians min naħa tagħhom fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa League għelbu f’Liechtenstein lil FC Vaduz bl-iskor ta’ 2-1.
L-avversarji ta’ Floriana, Linfield huma l-aktar tim dominanti fl-Irlanda ta’ Fuq fejn rnexxielhom jirbħu l-kampjonat 54 darba fl-istorja tagħhom. Fil-kompetizzjonijiet Ewropej, l-aktar darba li rnexxielhom javvanzaw fl-aħħar snin kien fl-istaġun li għadda meta rnexxielhom jaslu sar-rawnd tal-play-off tal-Europa League.
Fehérvár l-avversarji ta’ Hibernians huma tim mill-Ungerija fejn ironikament fl-istaġun 2017/18 huma ltaqgħu kontra Balzan fl-istess kompetizzjoni fejn ħarġu rebbieħa 5-3 permezz tal-aggregate. Fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni, huma għelbu lil Bohemians of Ireland permezz tal-penalties wara li l-partita ntemmet fi draw wara l-ħin barrani.
//= $special ?>