Lokali

Ħalliel jisraq ammont ta’ flus minn ħanut tal-merċa

Il-Pulizija qed tfittex persuna li allegatament daħal f’ħanut tal-merċa li jinsab fi Triq San Luqa, fi Gwardamanga u rnexxielu jħhrab b’ammont ta’ flus.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30 ta’ filgħaxija.

Skont informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, il-ħalliel irnexxielu jitlaq mill-post qabel waslu l-Pulizija.

Mhux magħruf jekk il-ħalliel daħalx armat fil-ħanut. Fortunatament, la l-kaxxiera u lanqas persuni oħra li kienu jinsabu fil-ħanut ma sofrew ebda ġrieħi għajr għal xokk li kellhom fuqhom.

It-tfittxija għall-ħalliel għadha għaddejja.