Futbol Sport

Ibrahimovic iġedded ma’ Milan u jintlaħaq fethim ma’ Brescia dwar Tonali

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Żvediż Zlatan Ibrahimovic ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena ma’ Milan wara li ssieħeb magħhom għat-tieni darba matul il-karriera tiegħu lura f’Jannar li għadda.

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, Ibrahimovic għażel li jibqa’ ma’ Milan għall-staġun ieħor wara li fi 18 -il partita skorja 10 gowls u għen l-Milan jiksbu post fil-UEFA Europa League.

Intant Milan jidher li se jakkwistaw lill-midfielder ta’ Brescia Sergio Tonali minkejja l-kompetizzjoni mingħand Inter. Tonali ilu jimpressjona lill-bosta għall-aħħar snin bi prestazzjonijiet mill-aqwa fil-midfield ta’ Brescia. Tonali bħalissa jinsab mat-tim nazzjonali Taljan wara li ġie msejjaħ mill-kowċ Roberto Mancini għall-partiti mill-UEFA Nations League.