Waħda miċ-ċelebrazzjonijiet fil-kalendarju tal-Kunsill Lokali tal-Għarb huwa l-Jum tal-Lokalità li jiġi ċċelebrat ta’ kull sena fid-29 ta’ Awwissu. Din is-sena ġiet iċċelebrata b’mod differenti u bi programm imnaqqas. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bit-tqegħid ta’ kuruni quddiem il-Monument tal-Isqof M. Molina waqt id-daqq tal-Innu l-Għarb.
Kien eżattament 26 sena ilu meta l-ewwel Kunsill Lokali tal-Għarb qabel li d-data tad-29 ta’ Awwissu għandha tinżamm bħala Jum l-Għarb. Din id-data hija l-anniversarju tal-għoti tat-titlu ta’ Parroċċa fejn fl-1679 ir-raħal tal-Għarb taht il-harsien tal-Viżitazzjoni u nqatgħet mit-territorju tal-Katidral ta’ Għawdex.
Fl-1994 ġie elett l-ewwel Kunsill Lokali fl-Gharb li llum jissejjaħ Gvern Lokali li jindirizza l-bżonnijiet tar-residenti u tal-lokalità.
Kienu preżenti għal din l-okkażjoni fost oħrajn s-Sindku David Apap Agius, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Kevin Cutajar, l-Viċi-Sindku Louis Apap, Kunsilliera Tonio Mifsud u Joseph Mizzi.
F’din l-okkażjoni s-Sindku ġie ppreżentat bl-ewwel AED mill-Għaqda Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani f’Għawdex u bl-għajnuna finanzjarja tas-Sur Paul Zammit, liema AED se tkun installata fil-jiem li ġejjin.
F’din l-okkażjoni jintgħażlu nies li jispikkaw matul is-snin u jingħataw diversi premji u rikonoxximenti. Għal din is-sena ġew mogħtija kif ġej:
Premii Qlub Generuzi Maximinus Cauchi
Premju Personal Achievement Mario Cauchi
Premju Volontarjat Lokal Matthew Theuma
Premju The Gharb Gozitan Cultural Award Manuel Farrugia
Premju Gieh Gharb: Frontliners li jahdmu fil-qasam tas-Sahha, fis-servizz tal-Pulizija, Armata ta’ Malta u Protezzjoni Civili kollha li jirrsiedu l-Gharb.
Inghata ukoll award lil kull entita’ kif gej;
Ghan-nom ta’ l-Isptar Mater Dei – Dr. Christopher Barbara
Ghan-nom tas-Servizz u Kura tal-Anzjani lis-Sinjura Doreen Camilleri
Ghan-nom tal-Protezzjoni Civili lis-Sur Mario Bonnici
Ghan-nom tal-Pulizija s-Sur Michael Caruana
Lil isptar Generali ta’ Għawdex u lil-Forzi Armati ta’ Malta
//= $special ?>