Lokali

Inċident tat-traffiku max-xatt ta’ Tas-Sliema

Ritratt: Malta Roads Traffic Update

Sewwieq ta’ 31 sena minn Birkirkara qed issofri xi ġrieħi wara li kellha impatt ma’ karozza tal-linja f’inċident tat-traffiku max-Xatt ta’ Tas-Sliema.

Kien għall-ħabta tat-14.45 ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni vettura tat-tip Toyota tilfet il-kontroll f’liwja fi Triq it-Torri u spiċċat fuq il-karreġjata opposta fejn hemm seħħet ħabta head on bejn il-karozza u tal-linja . Din kienet ġejja fuq il-karreġjata l-oħra fid-direzzjoni lejn San Ġiljan.

Sfortunatament, is-sewwieqa tal-karozza sofriet xi ġrieħi u kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei minn ambulanza li ssejħet fuq il-post.

Minn naħa l-oħra, la s-sewwieq ta’ tal-linja, raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u lanqas il-passiġġiera li kien hemm f’tal-linja ma sofrew ġrieħi.

Minħabba l-inċident inġabar traffiku qawwi fiż-żona, b’għadd ta’ xarabanks ta’ tal-linja inġemgħu wara xulxin fl-istess triq. Dan sakemm waslu l-Pulizija tat-traffiku u bdew jikkontrollaw is-sitwazzjoni.