Lokali Qorti

Liam Debono se jgħaddi ġuri f’Novembru li ġej

Sentejn wara l-aggressjoni f’Ħal Luqa fuq is-Surġent Simon Schembri, issa kien konfermat li f’Novembru se jibda l-ġuri taż-żagħżugħ li saq għal fuqu – Liam Debono.

Il-ġuri mistenni jinstema’ quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti.

Debono kien tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil fuq uffiċjal pubbliku, meta kien saq bil-karozza għal fuq Simon Schembri u kaxkru bil-mutur b’kollox – każ li seħħ f’Mejju tal-2018, bis-Surgent Schembri jitlef idu l-leminija.

Dan il-ġuri mistenni jibda fis-16 ta’ Novembru, bl-avukat Simon Micallef Stafrace jiddefendi lil Liam Debono filwaqt li l-avukati Arthur Azzopardi, Andy Ellul, and Herman Mula qed jidhru għal Schembri.