It-tim tan-nisa ta’ Lyon rebaħ għall-ħames darba l-UEFA Champions League tan-nisa meta f’San Sebastian fi Spanja għelbu lil Wolfsburg 3-1.
Lyon iddominaw tul il-partita kollha u sat-tmiem l-ewwel taqsima kienu 2-0 fil-vantaġġ wara gowls ta’ EUGENIE LE SOMMER u SAKI KUMAGAI. Fil-bidu tat-tieni taqsima, Wolfsburg naqsu l-iskor permezz ta’ ALEXANDRA POPP iżda SARA BJORK GUNNARSDOTTIR issiġillat r-rebħa għall-Franċiżi.
//= $special ?>