Sport Sport Ieħor

Richard Schultheis jirbaħ l-unur Atlas Żagħżugħ tax-Xahar għal Lulju

2019 Optimist Worlds © Matias Capizzano

Il-baħħar żagħżugħ Richard Schultheis rebaħ l-unur tal-Atlas Żagħżugħ tax-Xahar għal Lulju wara numru ta’ riżultati eċċezzjonali li kellu tul ix-xahar ta’ Lulju fejn rebaħ waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi organizzara mill-Federazzjoni Taljana tal-Ibburdjar.

Schultheis iddomina fir-Regatta li saret fiċ-Circolo Vela Arco fil-kategorija 29er. Minkejja l-ostakoli tar-riħ, Schultheis flimkien mal-pruwier Max Koerner rebaħ b’distakk ta’ 22 punt fuq il-koppja Marco Corrado u Matteo Catalano ta’ Centro Vela Bari mill-Italja.

Flimkien ma’ Richard, fuq il-podju temmet ukoll oħtu li spiċċat fit-tielet post ta’ din il-kompetizzjoni flimkien mal-prwuier Ole Ulrich. F’din il-kompetizzjoni ħadu sehem xejn inqas minn 60 kompetitur min numru ta’ pajjiżi Ewropej. Dan kien is-seba’ unur li ngħata lill-atleta żagħżugħ lokali f’inizjattiva konġunta bejn Atlas Insuarance u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.